“Awguri Lil Nenu!” – Il-Fundatur Ta’ Maypole Jiċċelebra Għeluq Sninu”

Maypole sellmet lil wieħed mill-aktar persuni importanti fl-istorja tagħha hekk kif illum awgurat għeluq snin il-fundatur tagħha, magħruf minn ħafna bħala “Nenu”. F’messaġġ li qasmu fuq il-midja soċjali, Maypole irringrazzjat lil Nenu għad-dedikazzjoni u d-direzzjoni li biha mexxa lill-kumpanija tul is-snin, filwaqt li sellmitlu f’dan il-jum speċjali.



“Illum nixtiequ ngħidu Awguri mill-qalb lil Nenu, il-fundatur tal-Maypole, fl-okkażjoni ta’ għeluq sninu!” kitbet il-kumpanija. Maypole kompliet tirringrazzjah tal-ħidma tiegħu matul is-snin, fejn sostniet li d-dedikazzjoni u l-viżjoni tiegħu kienu strumentali biex il-kumpanija tikber u ssir waħda mill-aktar ismijiet magħrufa fost il-familji Maltin.



“Nirringrazzjawk tad-dedikazzjoni u d-direzzjoni li biha mexxejt din il-kumpanija tul is-snin,” żiedet tgħid il-kumpanija fil-messaġġ tagħha. Fi tmiem il-messaġġ, Maypole awgurat lil Nenu saħħa u ferħ għas-snin li ġejjin, filwaqt li bosta persuni ngħaqdu wkoll mal-awgurju permezz ta’ kummenti u messaġġi ta’ apprezzament fuq il-midja soċjali.

F’isem it-tim ta’ Gwida, nixtiequlu l-isbaħ xewqat – illum u dejjem! Awguri!



Ritratti:

Facebook / Maypole

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI