Walid u Vivien, żewġ islanders li ħallew il-villa, li iżda t-tnejn li huma qajmu diskussjonijiet waqt il-vjaġġ tagħhom.
Vivien għadha kemm ġiet eliminata ftit ilu wara li bniet konnessjoni ma’ Daniel, u kienet f’koppja miegħu. Infatti huma ħallew il-villa bħala l-koppja bl-inqas voti.
Ftit ilu Walid qasam ritratt flimkien ma’ Vivien, ritratt li forsi qanqal xi kurżità. Hu jikteb, “Barra l-villa tista’ tibni konnessjoni aħjar.”
Bosta kkummentaw u rreaġixxew għal dan, u fost il-kummenti kien hemm bosta li ħadu gost b’din il-laqgħa tagħhom.
X’taħseb dwar dan – kapaċi jkun hemm konnessjoni b’saħħitha?