Ilbieraħ fl-aħħar tal-episodju ta’ Love Island Malta kellna ċ-ċans nivvutaw għall-koppja favorita. Għad fadal 5 koppji fil-villa, u jekk ser jiġri bħas-snin preċedenti, 4 koppji ser ikunu finalisti. Dan ifisser li bejn Anna Paola u Luke, Amy u Drinu, Anthea u Giuseppe, Yasmine u Neil u Hayley u Zach, koppja oħra ser tiġi eliminata.
Anna Paola u Luke, Anthea u Giuseppe u Hayley u Zach jidhru li skont is-segwaċi huma 3 koppji li ser inkunu qed narawhom fil-finali, infatti Anna Paola u Luke ġew ivvutati bħala l-koppja favorita.
Bosta qed jaħsbu li l-aħħar koppja eliminata ser tkun Yasmine u Neil jew inkella Drinu u Amy.
X’taħsbu intom?