Il-mudella lokali Haley Ghiller qasmet mument emozzjonanti mas-segwaċi tagħha hekk kif żvelat li fadal biss 30 jum għat-tieġ tagħha.
Fuq il-midja soċjali, Haley kitbet, “30 jum ieħor u niżżewweġ lill-aqwa ħabib tiegħi,” flimkien ma’ ritratt romantiku mal-għarus tagħha. Il-kliem tagħha mill-ewwel ġibed ħafna kummenti ta’ awguri u mħabba mingħand is-segwaċi u ħbieb tagħha.
Il-mudella tidher eċċitata ferm għall-kapitlu l-ġdid ta’ ħajjitha, b’ħafna jfaħħru r-relazzjoni sabiħa li għandha mal-maħbub tagħha. Għalkemm ma tatx ħafna dettalji dwar it-tieġ, jidher ċar li l-countdown uffiċjalment beda.
Diversi segwaċi awguraw lill-koppja kull ġid għal din il-fażi speċjali, filwaqt li oħrajn ikkummentaw kemm tidhera sabiħa u ġenwina r-rabta tagħhom.
Facebook / Haley Ghiller