“32 Sena Mingħajr Ommna” – Gillian Attard B’Messaġġ Mill-Qalb F’Jum Mimli Tifkiriet

Gillian Attard qasmet messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali hekk kif illum, 21 ta’ Awwissu, hija ġurnata li ġġib magħha memorji partikolarment diffiċli għall-familja tagħha. Gillian spjegat li għaddew 32 sena minn meta tilfet lil ommha, filwaqt li llum jagħlqu wkoll sentejn mill-ġurnata li fiha hi u ħuha Christian saru jafu li kienu se jitilfu lil missierhom ukoll.

"Il-21 ta’ Awwissu jitlob ħafna minn qalbna," kitbet Gillian. Minkejja n-niket, hija qalet li ssib il-paċi fil-ħsieb li l-ġenituri tagħha issa jinsabu flimkien mill-ġdid, jistrieħu maġenb xulxin u jħarsu lejha u lejn Christian. "Inħobbukom it-tnejn, għal dejjem," temmet Gillian f’dan il-messaġġ mill-qalb.

Ħsiebna f’Gillian, Christian u l-familja kollha tagħhom f’din il-ġurnata mimlija tifkiriet.

Ritratti:

Facebook / Gillian Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI