Bħal-Lum 6 Snin Ilu L-Monsinjur Anton Theuma Sar L-Isqof Ta’ Għawdex

Proprju bħal-lum sitt snin ilu l-Monsinjur Anton Theuma kien ġie ordnat sabiex iservi bħala d-disa' Isqof ta' Għawdex, hekk kif dakinhar kienet saritlu l-Konsagrazzjoni Episkopali fil-Knisja ta' San Ġwann fix-Xewkija.

Hu kien ingħata dan l-irwol wara li xi xhur qabel il-predeċessur tiegħu, Dun Mario Grech, kien ingħata l-aħbar mill-mibki Papa Franġisku li hu se jkun qed iservi bħala Kardinal fil-Vatikan.

L-isfond umli li hu kien ġej minnu kif ukoll l-esperjenza vasta tiegħu mat-tbatija tan-nies kienu fatturi ewlenin li żguraw li l-Isqof Anton Theuma kien għażla tajba sabiex iservi f'din il-kariga.

Il-Monsinjur Anton Theuma kien sar saċerdot f'Ġunju tal-1988 meta kellu 24 sena.

Nawgurawlu lill-Isqof Anton Theuma f'dan is-sitt anniversarju.

Ritratti:

Facebook / Carmel Saliba u Wikipedia / Anton Theuma

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI