Sitt Taljani Arrestati Fl-Ajruport B’Rabta Ma’ Vandaliżmu Fuq Karozzi Fis-Swieqi

Sitt persuni ta’ nazzjonalità Taljana ġew arrestati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’rabta ma’ każ ta’ vandaliżmu fuq karozzi fis-Swieqi. Dan tħabbar mill-Viċi Sindku tas-Swieqi, Jordan Galea Pace, f’aġġornament li ppubblika fuq il-midja soċjali. Hu spjega li l-arresti saru wara ħsarat li ġew ikkawżati fuq numru ta’ vetturi fil-lokalità matul il-lejl ta’ qabel.

Skont Galea Pace, l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin sabiex jiġi stabbilit min kien responsabbli għall-ħsarat. Il-Viċi Sindku rringrazzja lill-Community Police Team tas-Swieqi għall-ħidma li wettqu, kif ukoll lir-residenti u lill-operatur tas-short-let li kkoperaw sabiex dawn il-persuni setgħu jiġu identifikati.

"Flimkien qed inġibu r-riżultati," kiteb Galea Pace, filwaqt li wassal ukoll messaġġ ċar lil dawk li jżuru jew joqogħdu fil-lokalità. "Nilqgħuk fis-Swieqi, dment li tirrispetta lir-residenti, il-proprjetà tagħhom u l-liġijiet tagħna," temm jgħid il-Viċi Sindku.

L-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin.

Ritratti:

Facebook / Jordan Pace Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI