Bħal-llum 38 sena ilu, iżżewwġu l-prinċep Charles u l-prinċipessa Diana ġewwa Londra. It-tieġ tagħhom kien meqjus bħala t-tieġ taċ-ċentinarju.
It-tieġ sewa aktar minn €43 miljun, b’aktar minn nofs miljun minnom jintefqu fuq sigurta biss.
Bħal kull avveniment irjali, ċ-ċeremonja ġiet trażmessa fuq it-televiżjoni u stmata li segwuha mas-750 miljun telespettatur.
X’libset il-prinċipessa? Il-libsa hija stmata li swiet mal-€10,000…dak iż-żmien. Issa hija stmata mas-€37,000! Il-libsa hija tal-ħarir bil-bizzilla u għanda mal-10,000 perla.
Xi ngħidu fuq il-kejk? Wieħed ma kienx biżżejjed, lanqas tnejn. Fit-tieġ kellom 27 kejk! Dan huwa l-kejk prinċipali:
Ovvjament ma nistgħux ninsew qamar il-għasel. Il-koppja l-ewwel għamlu 3 ijiem ġewwa dar fil-kampanja, imbagħad minn hemm salpaw fuq vapur minn Ġibilta għall-Mediterran, fejn żaru t-Tuneżija, Sardinja, l-Greċja u l-Eġittu.
Il-koppja sseparat fl-1992 u ddivorzjat fl-1996, u sena biss wara, Diana mietet f’aċċident tat-traffiku ġewwa Franza.