Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Glenn Bedingfield qasam mas-segwaċi tiegħu informazzjoni rigward 5 arresti riċenti .
Hu qal, “5 arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga. Inkomplu niġġieldu l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga.Żewġ operazzjonijiet separati wasslu għall-arrest ta’ ħames persuni, erbat irġiel u mara.Rejds fiż-Żejtun, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Fgura, Birkirkara u Ħaż-Żebbuġ. Arrest ieħor f’Marsaxlokk, wara sorveljanza fuq raġel ta’ 28 sena miż-Żejtun.”
Żied, “Ġew sekwestrati, kokaina, crack cocaine u eroina. Madwar €8,000 fi flus kontanti. Vetturi lussużi. Telefowns, SIM cards u tagħmir elettroniku. Ponn tal-ħadid u taser. Ġojjelli, dokumenti u ħwejjeġ tad-ditta. Il-persuni huma suspettati li kienu involuti allegatament f’attivitajiet ta’ traffikar tad-droga.Huma mistennija jitressqu l-Qorti aktar tard illum.”