Niftakru F’Joe Grech – Il-Kantant Li Fetaħ It-Triq Għal Malta Fil-Eurovision

Hekk kif qed joqrob il-Malta Eurovision Song Contest 2027, il-paġna uffiċjali Eurovision Song Malta ħaditna lura fiż-żmien, proprju għall-197i is-sena li fiha pajjiżna ddebutta fil-Eurovision Song Contest.

Kien Joe Grech li kellu l-unur li jkun l-ewwel kantant li jirrappreżenta lil Malta f’dan il-festival prestiġjuż. Fl-età ta’ 37 sena tela’ fuq il-palk f’Dublin l-Irlanda, bil-kanzunetta Marija l-Maltija, li tagħha kien ukoll il-kompożitur. Minkejja li Malta kienet spiċċat fit-18-il post b’52 punt, din il-parteċipazzjoni mmarkat il-bidu ta’ vjaġġ li matul is-snin kompla jsaħħaħ ir-rabta tal-poplu Malti mal-Eurovision.

Joe Grech kompla jagħmel isem għalih innifsu fix-xena mużikali lokali u internazzjonali, filwaqt li ppromwova l-mużika Maltija lil hinn minn xtutna. Fl-2019, huwa ngħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Il-kantant ħalliena f’Diċembru tal-2024 fl-età ta’ 90 sena.

Insellmu l-memorja tiegħu!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI