Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Archdiocese of Malta u Caritas Malta tkellmu dwar l-ikla tal-Milied, fejn dawk li jkunu weħedhom fil-Milied jew inkella m’għandhomx mezzi biex jagħmluha, jingħaqdu magħhom f’ambjent sabiħ f’jum il-Milied.
Huma qalu, “Tul is-sena kollha, u b’mod partikolari tul il-Milied, Caritas Malta taħdem biex ħadd ma jħossu waħdu. Bl-ikla tal-Milied, persuni li jkunu se jqattgħu l-festi waħedhom jew m’għandhomx il-mezzi biex jagħmlu ikla, jiġu mistiedna jingħaqdu f’ambjent b’atmosfera ta’ familja, biex flimkien jiċċelebraw il-ferħ tal-Milied.
‘Din l-ikla turi qalb il-Knisja f’Malta. Mhix sempliċiment qed tagħti l-ikel imma qed tinħoloq okkażjoni sabiħa għal min hu waħdu u li għandu bżonn jiltaqa’ ma’ oħrajn u jiċċelebra tassew il-Milied. Fil-Milied niċċelebraw Alla li sar bniedem fostna. Hi l-ikbar storja ta’ mħabba. U l-Milied niċċelebrawh bl-aħjar mod meta ngħixu tassew din l-imħabba t’Alla u naqsmuha mal-oħrajn,’ spjega l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.
Anthony Gatt, Direttur ta’ Caritas Malta, irringrazzja lill-kumitat li jorganizza din l-ikla, l-istaff, il-voluntiera u r-residenti li qed isegwu programm terapewtiku fejn anki persuni li qed jagħmlu l-programm Persons in Prisons programme ta’ Caritas, ikunu fil-kċina fil-Milied biex iservu l-ikel.”