Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Animal Welfare Gozo introduċew lil Chunk kelb ta’ sena li bħalissa qed ifittex familja li lesta tilqgħu fi ħdanha u tagħtih l-imħabba li jixraqlu.
Chunk instab idur fit-toroq b’katina maqtugħa, u huwa maħsub li kien qed jinżamm marbut u rnexxielu jaħrab. Minkejja dak li seta’ għadda minnu, Chunk għadu żgħir u jinsab f’età ideali biex ikompli jitgħallem u jibni rabta sabiħa mal-familja l-ġdida tiegħu.
Animal Welfare Gozo spjegaw li Chunk jimxi tajjeb biċ-ċinga, iżda huwa kelb b’saħħtu ħafna. Għaldaqstant, qed ifittxu lil xi ħadd li għandu esperjenza b’klieb ta’ din ir-razza u li lest jiddedikalu l-ħin, il-paċenzja u l-attenzjoni li għandu bżonn.
Nittamaw li Chunk ma jdumx ma jsib il-familja li tant jixraqlu!