“Din Id-Deċiżjoni Bidlitli Ħajti” – Megan May Tiċċelebra L-Gradwazzjoni Tagħha Minn Abbey Road Institute

Il-kantanta Maltija Megan May qed tiċċelebra kisba importanti wara li ggradwat minn Abbey Road Institute bħala music producer u sound engineer b’distinzjoni, filwaqt li ngħatat ukoll ir-rikonoxximent ta’ outstanding ambassador.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Megan qalet li din l-esperjenza kienet waħda li bidlitilha ħajjitha. “Din id-deċiżjoni, li għall-ewwel dehret tal-biża’, bidlitli ħajti u għamlet lil Megan iċ-ċkejkna tħossha l-aktar persuna cool,” kitbet Megan.



Hija ddeskriviet iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni bħala “l-isbaħ ċelebrazzjoni tat-tkabbir tagħna, tal-ħbiberija u tal-mużika li ħloqna flimkien.” Meghan irringrazzjat lill-għalliema tagħha, lil sħabha tal-kors, lill-familja tagħha u lill-għarus tagħha għall-appoġġ li tawha matul dan il-vjaġġ.



“Dawn kollha emmnu fija meta jien ma kontx nemmen fija nnifsi, u dak hu l-akbar rigal li tani Alla,” qalet. Hija temmet il-messaġġ tagħha billi rringrazzjat lil Abbey Road Institute u żiedet. “Prosit għal aktar mużika,” filwaqt li fakkret lilha nnifisha u lis-segwaċi tagħha biex dejjem isegwu qalbhom.



Ritratti:

Facebook / Megan May

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI