Il-kantant Malti Derrick Schembri, li rajnieh jipparteċipa fil-Malta Eurovision Song Contest bil-kanzunetta “II”, qasam mument speċjali mal-partitarji tiegħu hekk kif iċċelebra l-anniversarju taż-żwieġ tiegħu ma’ Yanika Schembri Fava.
Fuq il-midja soċjali, Derrick tella’ messaġġ qasir iżda mimli sentiment fejn kiteb, “L-anniversarju t-tajjeb lil marti l-għażiża. Inħobbok”. Żgur li jum bħal dan iġib ħafna memorji kemm għal Derrick u wkoll għaIl-għażiża martu Yanika.
Il-vjaġġ ta’ kull koppja jkun mimli tlajja’ u nżul iżda l-mod ta’ kif tibqa’ għaddej hu żgur dak li jżomm lill-koppja aktar magħquda u viċin ta’ xulxin. Minn hawn, nawguraw lil Derrick u lil Yanika anniversarju sabiħ u ħafna aktar snin ta’ mħabba u kuntentizza flimkien.
Facebook / Derrick Schembri