57 Każ Ġdid Tal-Covid-19 Tul L-Aħħar 24 Siegħa

Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 57 każ ġdid ta’ Covid-19 wara li saru 3,237 test fl-aħħar 24 siegħa.

Il-gżejjer irreġistraw 134 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 15,701 u n-numru ta’ każijiet attivi għal 2,464. Minn meta faqqgħet din il-pandemija, Malta rreġistrat 18,442 każ u wettqet 627,607 test. Sfortunatament mietu erba’ persuni pożittivi tul l-aħħar sigħat u b’hekk l-imwiet telgħu għal 277.

Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 4 ta’ Frar, 33,477 doża tal-vaċċin ġew amministrati lil diversi persuni fil-gżejjer. 6,457 minn dawn ħadu t-tieni dożi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI