“Ix-Xogħol Importanti … Imma Li Nkunu Nistgħu Ngħixu L-Ħajja Kif Suppost Hija Aktar Importanti” – Dr Nicholas Briffa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ sabiħ dwar ir-rispett proprju f’jum il-ħaddiem.

Hu qal, “Awguri mill-qalb lill-ħaddiema kollha, illum f’JUM Il-ĦADDIEM. Dawk li jibdew kmieni qabel titla’ x-xemx u dawk li jibqgħu għaddejjin sa tard filgħaxija. Dawk li naraw u dawk li spiss ninsew. Mill-carers sal-ħaddiema tas-snajja, mill-għalliema sat-teknici, minn min jaħdem fl-uffiċċini sa min jaħdem fit-toroq. Kull rwol huwa importanti. Kull sforz għandu valur.”

Żied, “Imma li ngħidu grazzi mhux biżżejjed. Ir-rispett veru hu li noħolqu ħajja li nistgħu ngħixuha tassew. Mhux waħda mibnija fuq l-għejja kontinwa jew fuq il-ħtieġa li taħdem aktar minn 40 siegħa biex tlaħħaq mal-ħajja. F’xi punt f’din l-epoka li qed ngħixuha, il-burnout sar normali. Nafu li dan m’għandux ikun hekk.”

Temm jgħid, “Li ngħixu ħajja diċenti m’għandhiex titlob li naħdmu aktar minn 40 siegħa xogħol fil-ġimgħa. Ma għandhiex tiġi bi prezz fuq is-saħħa mentali, fuq ir-rikreazzjoni tagħna, fuq ir-relazzjonijiet jew fuq is-serħan tal-moħħ. Ix-xogħol importanti. Imma li nkunu nistgħu ngħixu l-ħajja kif suppost hija aktar importanti.  Awguri mill-qalb lill-ħaddiema kollha! Grazzi!”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI