“Filwaqt Li Oħrajn Jitfu Kollox, Jiċċelebraw Jew Jirrilassaw, Jiena Hawn Insalva L-Ħajja Ta’ Dan Iċ-Ċkejken” – Maria D’Amato

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Maria D’Amato laqqgħet lis-segwaċi tagħha ma’ Luca, kelb li bħal ħafna klieb oħra għadda minn dak li l-ebda kelb m’għandu jgħaddi minnu.

Bdiet billi qalet, “Festa pubblika… elezzjonijiet eżatt wara l-kantuniera… u kull fejn tħares, wegħdiet, diskorsi, u nies jaġixxu qisu kollox sew. Imma mhux hekk. Filwaqt li oħrajn jitfu kollox, jiċċelebraw jew jirrilassaw, jiena hawn insalva l-ħajja ta’ dan iċ-ċkejken. Illum kien hu. Ħajja li ma setgħetx tistenna. Ħajja li kieku tħalliet anke ftit aktar, setgħet spiċċat f’idejn l-agħar nies, aktar milli diġà kienet. Għadda minn id għal oħra, tħabat mal-vizzju u ntilef f’sistema li qed tfallihom darba wara l-oħra.”

Żiedet, “U dan hu li jkissirni … għax dan mhux każ wieħed. Qatt m’hu każ wieħed. Qed tiġri bħalissa waqt li ħaddieħor qed jippretendi li ma tiġrix. Ma naf xejn fuqu, la passat, la isem, la l-istorja. Biss il-ħarsa f’għajnejh tgħid li għadda minn ħafna aktar milli qatt kellu jgħaddi minnu, u ġismu jgħid elf kelma. Il-ġimgħa d-dieħla ser jara veterinarju, imbagħad naraw minn hemm. Iltaqgħu ma’ Luca!”

Temmet tgħid, “Ninsab għajjiena u rrabjata. Inħossni diżappuntata f’sistema li suppost qed tipproteġihom, imma mhix.”







Ritratti:

Maria D’Amato

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI