“Da, Grazzi Talli Kellek Tkun Inti L-Persuna Li Wrejtni Mill-Bidu Sal-Aħħar Kemm Hi Kerha Tinżel It-Triq Il-Ħażina” – Shazen Fieres Magri

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Shazen Fieres Magri sellem il-memorja ta’ missieru filwaqt li qasam ukoll messaġġ li se jkun ta’ ġid għal bosta nies li jaf għaddejjin minn sitwazjoni simili.

Beda billi qal, “Ħalli fidi da, ħalli fidi. Mux faċli tkun vittma ta’ droga… mux faċli tibda l-ħajja innoċenti u b’ċertu dwejjaq tal-ħajja issib id-droga qabel ma ssib lilek innifsek lest tiftaħ aktar qalbek ma’ persuna oħra. Id-droga hija xi ħaġa ivvintata, però turik kull ħaġa li tħoss u kull ħaġa li tixtieq, però sfortunatament ta’ madwarek dawk li jixtiqulek vera ġid mhux ħa jifhmu għaliex tippreferi d-droga milli din il-ħajja sabiħa li għandek.”

Żied ukoll, “Jiena nħossni bniedem li fhimt kollox f’dan is-suġġett u naf ukoll li bħal missieri hawn ħafna u jiena fhimtha d-droga; id-droga weġġgħatni ħafna, jiena għalhekk lest li nwassal leħni fil-pubbliku u irrid ngħin lil kull min hu lest jirranġa ħajtu u irrid inkun eżempju għal kulħadd li jiġri x’jiġri f’din il-ħajja ibqgħu pożittivi, kulħadd għandu l-problemi, kulħadd għandu d-dwejjaq u kulħadd jiżbalja. L-importanti li dejjem tibqa’ bit-tbissima fuq wiċċek u tinfexx mal-affarijiet tajbin u mhux mal-ħżiena. Min jixtieq jiftaħ qalbu miegħi, speċjalment il-familja kollha tiegħi, jiena dejjem hawn għal kulħadd u ħa nibqa’ nagħti pariri u ħa nibqa’ nifhem lil kulħadd sakemm tasal il-ġurnata tiegħi.”

Temm jgħid, “U għalik da, grazzi talli kellek tkun inti l-persuna li wrejtni mill-bidu sal-aħħar kemm hi kerha tinżel it-triq il-ħażina biex minn għalik tisparixxi għal ftit. Bis-saħħa tiegħek, jiena jiġrili x’jiġrili f’ħajti, ħa niftakar fik u nerġa’ niftakar x’inhoss illum ġo fija li tgħidli “agħmel tajjeb għalik u għal ta’ madwarek” u lit-tifel tiegħi u lil Shanelle ħa nagħtihom ħajja mill-isbaħ żgur żgur żgur u inti ħa tkun hemm miegħi f’kull sekonda ta’ ħajti… Ħalli fidi da, ħalli fidi. Ammen.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI