Fil-paġna Malta News, Photos and People ġiet imxerrda storja ta’ koppja anzjana li kienu mardu bil-Covid-19 u issa spiċċaw biex mietu flimkien. “70 sena miżżewġin… mardu bil-Covid u riedu jibqgħu flimkien. Maragaret U Derek spiċċaw mietu fi ftit jiem.”
Jidher li għall-ewwel iż-żewġ anzjani ddaħħlu fl-istess sptar, iżda lill-mara ħaduha fl-isptar ta’ Trafford. Bil-biża’ li ma tantx fadlilha ħajja, Derek ried imur fl-isptar ta’ Trafford ukoll ħdejn martu.”Margaret u Derek Firth, it-tnejn ta’ 91 sena, mietu fl-Isptar Ġenerali ta’ Trafford, Manchester, il-ġimgħa li għaddiet wara li ġġieldu l-virus viċin xulxin. Il-par iddaħħlu l-isptar isofru bi problemi ta’ saħħa differenti, iżda wara qabdithom il-Covid-19 ukoll.”
Strieħu fis-sliem! Kuraġġ lill-anzjani kollha b’mod speċjali.