Bħalissa għaddejja t-tieni edizzjoni ta’ Festa Ħaddiem – Minn Id il-Public Works. Fi tmiem il-ġimgħa rritornat bil-kbir, b’diversi attivitajiet u divertiment għall-gosti ta’ kulħadd.
Il-pubbliku huwa mistieden jingħaqad ma’ dawk kollha involuti li qed itellgħu avveniment ieħor ta’ suċċess.
Festa Ħaddiem bdiet propju lbieraħ is-Sibt 2 ta’ Mejju, u kompliet illum, fejn ħa tibqa’ sejra sas-18:00 tal-lejla. Din qed issir fil-Concert Area f’Ta’Qali. Dħul u attivitajiet B’XEJN!
Prosit ħafna lil dawk kollha involuti. Hi tassew xi ħaġa sabiħa li jiġi ċċelebrat dan il-jum.