L-attriċi magħrufa Geordie Schembri għadha kemm laħqet tragward importanti hekk kif saret spiżjara.
F’kitba fuq il-paġna tagħha, Elaine Sammut qasmet din l-aħbar fejn irrikonoxxiet u faħħret lil Geordie kemm għat-talent tagħha bħala attriċi kif ukoll għal din il-kisba ġdida. “Illum din it-tifla ċkejkna ċkejkna li ħafna bħali jammirawha għax hija attriċi bravissima għadha kemm laħqet spiżjara,” kitbet Elaine.
Hija kompliet tawguralha u ħeġġitha biex tibqa’ bl-istess umiltà li tiddistingwiha. “Prosit tassew. Ibqa’ umli kif inti. Nawguralek sabiħa,” żiedet tgħid.
Żgur li dan huwa kapitlu ġdid u sabiħ għal Geordie, hekk kif issa qed iżżid kisba akkademika importanti mal-vjaġġ artistiku tagħha. Minn qalbna nawgurawlha!
Facebook/ Elaine Sammut