“Vuċi Mhux Dejjem Trid Tinstema’” – Kate Turi Kif Qed Titgħallem Tikkomunika Permezz Tal-Eye Gaze

Kate, mill-paġna Kate: Writing My Story, qasmet mument sabiħ u importanti ħafna mill-vjaġġ tagħha hekk kif bħalissa qed tipprattika l-użu tal-apparat Eye Gaze.

“A voice doesn’t always have to be spoken,” bdiet tikteb Kate, filwaqt li spjegat li għaliha dan l-apparat ifisser ħafna aktar milli = tħares lejn skrin u tagħżel stampa jew kelma. Permezz tal-Eye Gaze, Kate qed titgħallem kif tikkomunika, tagħmel l-għażliet tagħha u tesprimi dak li trid, dak li għandha bżonn, kif ukoll dak li jogħġobha jew ma jogħġobhiex.

Dan kollu qed jgħinha wkoll, ftit ftit, tikseb aktar indipendenza.Kate spjegat ukoll li tifhem ħafna aktar milli tista’ tesprimi bil-kliem, xi ħaġa li xi drabi tista’ tkun frustranti għaliha.

Il-messaġġ tagħha jfakkarna li l-komunikazzjoni tista’ tieħu ħafna forom differenti u li vuċi mhux bilfors trid tinstema’ biex tkun waħda b'saħħitha!

Ritratti:

Facebook/ Kate: Writing my story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI