Il-Brażil kompla jsaħħaħ il-protezzjoni tal-annimali domestiċi permezz ta’ liġi li timponi pieni ferm aktar ħorox fuq min jinstab ħati li jabbuża minn klieb jew qtates.
Skont il-liġi tagħhom, persuni li jwettqu atti ta’ moħqrija jew vjolenza fuq dawn l-annimali jistgħu jaffaċċjaw bejn sentejn u ħames snin ħabs, multi finanzjarji u anke projbizzjoni milli jżommu annimali fil-futur.
Attivisti favur id-drittijiet tal-annimali laqgħu l-miżura b’sodisfazzjon u sostnew li din il-liġi turi li l-abbuż fuq annimali domestiċi mhux se jibqa’ jitqies bħala reat minuri. L-awtoritajiet jemmnu wkoll li pieni aktar stretti jistgħu jservu bħala deterrent u jħeġġu aktar responsabbiltà fost is-sidien tal-annimali.
Bl-istess mod, hawn Malta kemm-il darba ġejna mgħarrfa b’każijiet ta’ moħqrija fuq l-annimali. Huwa b’hekk li l-miżura li ttieħdet fil-Brażil tqajjem mistoqsija importanti: “Taħseb li pajjiżna għandu jadotta pieni aktar ħorox bħal dawn għal min jabbuża mill-annimali?”
Fb/ Spirit Science