Is-surmast Lelio Spiteri ilbieraħ kiteb li hekk kif l-istudenti tas-Sitt Sena bħalissa għaddejjin bl-eżamijiet annwali, waslu wkoll dawk is-sentimenti ta’ eċitament u nervi li ħafna tfal jesperjenzaw f’dan il-perjodu.
Fuq il-midja soċjali, is-Surmast Lelio Spiteri qasam mument ħelu li għex mal-istudenti ftit qabel beda wieħed mill-eżamijiet.Huwa rrakkonta kif, fis-7.55am, minflok il-qanpiena tradizzjonali, daqqet il-kanzunetta Bella ta’ AIDAN. Ftit wara, iltaqa’ ma’ żewġ studenti li kienu ħerġin minn klassi tas-Sitt Sena.
“Bonġu. Kif intom? Ippreparati jew?” staqsiehom. Skont Spiteri, it-tweġiba waslet minnufih u fl-istess ħin iż-żewġ studenti qalu: “LEEEEEE!”Dan wassal għal daħka, qabel waħda minnhom spjegat li fil-verità kienu ppreparaw ruħhom, iżda kienu eċitati ħafna għall-eżami. “U le. Ippreparajna ruħna imma eċitati,” qaltlu l-istudenta.
Is-surmast assigurahom li dan is-sentiment huwa wieħed normali u ħeġġiġhom biex jagħmlu kuraġġ u jiffaċċjaw l-isfida b’kunfidenza. L-istorja kellha tmiem pożittiv, hekk kif wara li temmew l-eżami, l-istudenti qalu li marru tajjeb.
Hekk kif bħalissa huwa żmien kemxejn ta’ tensjoni għall-istudenti kollha , jinsabu viċin ħafna lejn it-tmiem tas-sena skolastika!
fb/ Lelio Spiteri & Pexels