“Inħossni Rikka Fil-Ħajja” – Emma Muscat Taqsam Mument Mill-Isbaħ Maċ-Ċkejkna Mila  

Emma Muscat qasmet filmat sabiħ flimkien maċ-ċkejkna tagħha, f’mument tassew sempliċi iżda mimli mħabba li nissel ħafna tbissim fuq fomm is-segwaċi.

Fil-filmat naraw lil Emma bilqiegħda ħdejn iċ-ċkejkna Mila, tilgħab u tifraħ magħha , filwaqt li ċ-ċkejkna tidher titbissem u tgawdi l-attenzjoni ta’ ommha. Kollox jidher li kien qed iseħħ f’atmosfera kalma u sabiħa li tkompli tagħmel dan il-mument aktar speċjali.

“Rich in life because I get to come home to this,” kitbet Emma mal-filmat, kliem li juri kemm tapprezza dawn il-mumenti prezzjużi fil-ħajja tagħha bħala omm.

Emma kompliet tiġbor il-ħsieb kollu fi ftit kliem sempliċi iżda sinifikanti: “Rich in life.”

Ritratti:

Fb/ Emma Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI