“Il-Paċi U S-Saħħa Mentali Għandhom Valur Li Xejn Ma Jista’ Jixtri” – Gaetano Gaetano

Gaetano qasam messaġġ personali mas-segwaċi tiegħu dwar it-tmien xhur diffiċli li għadda minnhom, fejn tkellem dwar l-ansjetà, id-dipressjoni u l-importanza li wieħed għandu jfittex l-għajnuna meta jkollu bżonnha.

Huwa spjega li beda jnaqqas minn dawk l-affarijiet li kienu qed iżidulu l-istress, fosthom ċerti impenji u xows lokali. Għażel ukoll li jżomm ċirku iżgħar ta’ nies madwaru u jagħti aktar importanza lil dak li verament jagħmillu tajjeb.

Gaetano qal li t-terapija għenitu immens u ħeġġeġ lil min ikun għaddej minn żmien diffiċli biex ma jistħix jitlob l-għajnuna. Għalkemm ammetta li għadu jsib ġranet diffiċli, qal li din l-esperjenza għallmitu kemm huma importanti l-familja, il-persuna li tħobb, il-mumenti sempliċi, kif ukoll li wieħed jieqaf ftit, jimmedita u jitlob.

“Il-paċi tiegħi, is-saħħa mentali tiegħi u l-ħin man-nies li verament tħobb għandhom valur li xejn ma jista’ jixtrih,” temm jgħid fil-messaġġ tiegħu.

Ritratti:

Fb/ Gaetano Gaetano

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI