“Jekk Mhux Sptar, Tal-Inqas Irridu Servizz Veterinarju Ta’ Emerġenza Adegwat – Frank Anthony Tabone

L-Avukat Frank Anthony Tabone ġibed l-attenzjoni għal dak li ddeskriva bħala nuqqas fis-servizzi veterinarji ta’ emerġenza f’Għawdex.

Dan wara li, skont Tabone, annimal domestiku kellu jqatta’ lejl sħiħ ibati minħabba li ma kienx hemm servizz veterinarju ta’ emerġenza disponibbli fil-gżira.

Tabone sostna li l-ħarsien tal-annimali m’għandux jieqaf biss ma’ pieni aktar ħorox għal min jittrattahom ħażin, iżda għandu jinkludi wkoll għajnuna immedjata meta annimal ikun fil-periklu. Filwaqt li rringrazzja lill-għaqdiet u lill-voluntiera li jippruvaw jagħmlu dak kollu possibbli biex jgħinu, saħaq ukoll li din ir-responsabbiltà m’għandhiex taqa’ biss fuqhom.

“Jekk mhux sptar tal-annimali, tal-inqas irridu servizz veterinarju ta’ emerġenza adegwat u 24 siegħa f’Għawdex,” sostna Tabone, filwaqt li temm jgħid li "meta ħajja tkun fil-periklu, kull minuta tgħodd."

Ritratti:

Fb/ Frank Anthony Tabone

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI