Għaddiet sena minn meta ħalliena r-‘Red Man’, iżda l-memorja tiegħu għadha ħajja fil-qlub ta’ dawk li kienu jafuh u jiftakru fit-tajjeb li għamel matul ħajtu.
Fuq il-grupp Malta Lura Fil-Passat, Sean Mizzi kiteb messaġġ sabiħ biex ifakkar il-memorja tiegħu, b’mod partikolari l-imħabba kbira li kellu lejn l-annimali.
“Għalkemm għaddiet sena, tibqa’ tgħix fil-memorji tagħna, fl-affarijiet sbieħ li għamilt, u f’kull annimal li darba għent u ħabbejt,” kiteb Mizzi. Ir-'red man' kien magħruf minn bosta u għalhekk kienet inħasset ħafna t-telfa tiegħu.
Sean Mizzi temm it-tifkira tiegħu bil-kliem sabiħ u nostalġiku: “Għadna niftakru fik, u qatt mhu se ninsewk. Strieħ fis-sliem għażiż tagħna r-Red Man.”
Facebook/ Mill-paġna ‘Malta lura fil- passat’ – sean mizzi