F’Mejju li għadda, Frenċu Grima ċċelebra mument tassew speċjali hekk kif għalaq 100 sena. Minkejja l-età sabiħa tiegħu, Frenċu għadu jiftakar tajjeb ħafna diversi ġrajjiet minn ħajtu u għandu spirtu tassew żagħżugħ.
Dan qasmu Lelio Spiteri, li dan l-aħħar kellu l-opportunità jagħmel intervista ma’ Frenċu. L-intervista xxandret illum fl-10:00 ta’ filgħodu fuq Radju Lauretana 89.3FM.
“Frenċu għadu jiftakar ġrajjietu tajjeb ħafna. Hija intervista sabiħa li tajjeb wieħed isegwi,” kiteb Lelio. Hu temm b’kumment mill-isbaħ: “Jalla li jekk jien nagħlaq mitt sena, ikolli l-istess spirtu żagħżugħ li għandu Frenċu!”
Nawguraw lil Frenċu aktar snin mimlijin saħħa u dak l-istess spirtu żagħżugħ!
Facebook/ Lelio Spiteri