“Qatt Tħossukom Ħażin Talli Titfu L-Mobile. Talli Ma Tweġbux Messaġġi Mall-Ewwel” – Johan Mifsud

Johan Mifsud kiteb messaġġ li jfakkarna dwar l-importanza tal-mistrieħ fil-ħajja ta’ kuljum. Fil-ħajja tal-lum fejn permezz tal-mezzi soċjali, inkunu mistennijin inwieġbu lil kulħadd mall-ewwel, m’hemm xejn ħażin billi nieħdu pass lura biex nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna.

Hu kiteb, “Qatt tħossukom ħażin talli titfu l-mobile. Talli ma tweġbux messaġġi mall-ewwel. Talli ma tweġbux telefonata meta għandkom bżonn il-paċi. Talli tieħdu brejk mill-midja soċjali. Talli tpoġġu s-saħħa mentali tagħkom qabel dak li jistennew minnkom persuni oħrajn. Talli tgħidlu le meta moħħkom u ġisimkom iridu l-mistrieħ.”

Żied jgħid, “Talli tieħdu ftit ħin biex iġġibu lura l-enerġija mingħajr ma tispjegaw ruħkom, talli tipproteġu l-paċi tagħkom anke jekk ħaddieħor ma jifhimx. Talli tagħżlu s-silenzju minflok tisfurzaw il-konverżazzjoni. Talli tagħtu prijorita` lilkom infuskom minflok dejjem tkunu hemm għal ħaddieħor. Ftakru li l-mistrieħ mhuwiex xi ħaġa li għandkom bżonn tirbħu.”

Ritratti:

Facebook / Johan Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI