L-attriċi maħbuba Rina Camilleri, lbieraħ għalqet 87 sena, u f’din l-okkażjoni speċjali nfakkru l-karriera sabiħa ta’ mara li matul is-snin ħalliet il-marka tagħha fit-teatru u fit-televiżjoni Maltija.

Imwielda fl-10 ta’ Ottubru 1939, Rina ddedikat snin twal lill-palk, b’mod speċjali mal-Atturi Salesjani. Kien biss fl-2000, li ddebuttat fuq it-televiżjoni fis-sensiela Villa Sunset ta’ Lino Farrugia, iżda minn hemm bdiet kapitlu ieħor importanti fil-karriera tagħha.
Matul is-snin, ħadmet f’diversi sensiliet popolari, fosthom Ħbieb u Għedewwa, Manwela u F’Salib It-Toroq, fejn il-karattru tan-nanna Tessie baqa’ mfakkar mit-telespettaturi. Ħadmet ukoll f’diversi produzzjonijiet ċinematografiċi, fosthom Mostri, fejn interpretat lil Ċensa l-Mewt.
Lil hinn mill-karriera tagħha, Rina għandha wkoll storja sabiħa ta’ mħabba. Ilha miżżewġa lil Michael, li huwa wkoll attur, mis-27 ta’ Ottubru 1963. Dan ix-xahar se jiċċelebraw 63 sena miżżewġin, flimkien mat-tliet uliedhom u l-erba’ neputijiet tagħhom.
Fl-2021, Rina u Michael ġew onorati bil-premju Ġieħ Tas-Sliema, rikonoxximent tal-kontribut tagħhom.
It-Tim ta' Gwida.mt jawgura lil Rina Camilleri aktar snin ta’ saħħa, hena u mħabba mdawra bil-familja tagħha!
