F'għeluq sninu Luke Dalli kiteb messaġġ fejn apparti jesprimi kemm hu grat lejn il-ħajja, jirringrazzja lil kull min bagħat ix-xewqat sbieħ tiegħu.
"Kapitlu 38 jibda hawn. Grazzi mill-qalb lil dawk kollha li sabu ftit ħin biex jawgurawli u jaqsmu miegħi mument ta ferħ f'miliedi. Nittama li din is-sena tkun interessanti, eċitanti u mimlija esperjenzi memorabbli daqs dik li għaddiet… jew, għaliex le, forsi anke ftit aħjar"
Lil Luke nafuh bħala preżentatur bravissimu fejn fost l-oħrajn preżenta programmi ta' suċċess bħal Awla u Bla Rispetti. Awguri mill-qalb Luke!
Facebook/ Luke Dalli