Fuq il-midja soċjali, DAN (Daniel Muscat Caruana) qasam ritratti mill-okkażjoni, li fiha l-familja nġabret flimkien biex tiċċelebra dan il-pass importanti fil-ħajja ta' bintu ċkejkna. Ir-ritratti juru mumenti mill-isbaħ waqt iċ-ċerimonja, f’atmosfera ta’ ferħ u mħabba.
Il-magħmudija hija okkażjoni speċjali għal kull familja, u għal Daniel u l-għeżież tiegħu din kienet opportunità oħra biex jiċċelebraw flimkien u joħolqu memorji sbieħ.
Ftit ilu Daniel u martu laqgħu fil-familja tagħhom lil Ella Marie, li żiedet aktar ferħ f’ħajjithom din is-sena.
Aħna minn Gwida.mt ningħaqdu ma’ Daniel u l-familja tiegħu biex nawguraw lil Ella Marie fil-magħmudija!