Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima fuq il-mezzi soċjali tiegħu qasam ritratt minn disa’ snin ilu, meta hu u martu Rita qalu iva lil xulxin. Illum hu jum għażiż għalihom għax qed jiċċelebraw id-disa’ sena minn meta ċċelebraw l-imħabba taghom.
Hu kiteb, “9 snin miżżewġin – inħobbok Rita.” Messaġġ qasir u mill-qalb, iżda ċertament jixhed l-imħabba u l-importanza ta’ dan il-jum. Jum li miegħu jġib tant u tant memorji ta’ meta kellhom iċ-ċans li jiċċelebraw mal-familja u l-ħbieb.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali. Nawgurawlhom ukoll aktar snin ta’ mħabba, għożża, u kuntentizza. Awguri Clifton u Rita!
Facebook / Clifton Grima