Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-Ministru Julia Farrugia qasmet mas-segwaċi tagħha filmat u messaġġ rigward proġett riċenti li minnu bbenefikaw ħafna żgħażagħ Maltin.
Hi qalet, “97 żagħżugħ u żagħżugħa awtistiċi Maltin u Ewropej temmew proġett ta’ kwart ta’ miljun ewro fondi tal-Erasmus+ tal-Unjoni Ewropea Huma pparteċipaw fir-riċerka u fl-iżvilupp tal-proġett, ACTIVATE li poġġa “Xejn dwarna mingħajrna” fil-prattika, b’fokus fuq il-vuċi, il-parteċipazzjoni u l-awto-advocacy.”
Żiedet tgħid ukoll, “Il-kollaborazzjoni bejn Malta, il-Portugall, il-Belġju u ċ-Ċekja, il-Proġett ACTIVATE kienet ilha għaddejja sentejn u Malta kellha rwol ewlieni billi kkoordinat il-proġett.”