“Mhux Kull Ftit Xita Nsejħulha Dilluvju Jew Xita Qawwija U Nesaġeraw Fuq Il-Midja Soċjali” – Aġġornament Tat-Temp

Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħħhom messaġġ rigward artikli jew kitbiet li jirrigwardjaw lit-temp, fejn jiġu eseġerati u sfortunatament bosta min-nies jispiċċaw jallarmaw ruħhom għal xejn.

Qal, “Jumejn ilu tellajt post dwar x'inhu jiġri Spanja u poġġejt stampa li turi l-pressjoni atmosferika għax kienet tidher li inħoloq maltemp qawwi... U fir-ritratt hawn taħt juri x'ġara fil-verità...Xi rrid inwassal bħala messaġġ?”

Żied jgħid, “Sempliċi mhux kull ftit xita nsejħulha dilluvju jew xita qawwija u nesaġeraw fuq il-midja soċjali. Li toħloq artiklu biex tbeżżagħha jew tkabbar sitwazzjoni li mhix minnha hawn Malta dwar it-temp. Kunu afu li ħafna anzjani jibgħatuli jekk hemmx periklu, għax joħloq ħafna anzjetà fuqhom. Nkunu realistiċi u ma nallarmawx għalxejn meta jkollna ftit xita fuqna. Dan huwa appell sinċier.”

Temm billi qal, “Dwar it-temp illum sa filgħodu hu possibbli ħafna li jkollna xi xita lokalizzata. Temp previst jkun aħjar wara nofsinhar.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI