“Il-Ħidma Volontarja Għandha Valur Kbir … Tkun Qed Tgħin Biex Tinbena Komunità Aktar B’saħħitha” – Dr Nichola Briffa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa tkellem dwar il-volontarjat u dwar kemm hu sabiħ li wieħed jagħti mill-ħin tiegħu.

Hu qal, “Fi triqti lura minn Għawdex illum, bqajt naħseb fuq kemm hu sabiħ meta tara nies li jagħżlu li jagħtu mill-ħin tagħhom għall-oħrajn. Kelli l-pjaċir nagħti seminar lil-leaders ta’ Connect, fi ħdan il-Parroċċa ta’ San Bastjan, Ħal Qormi, dwar teamwork, motivazzjoni, tmexxija u kif nindirizzaw il-kunflitt minn perspettiva psikoloġika. Huma kienu għal weekend flimkien ġewwa Għawdex.”

Żied jgħid, “Tkellimna dwar kif in-nies jistgħu jħossuhom aktar apprezzati, kif jinbena tim magħqud, u kif id-differenzi u l-kunflitti jistgħu jiġu indirizzati b’mod li jsaħħaħ flok jifred. Il-ħidma volontarja għandha valur kbir. Meta persuna tagħti mill-ħin, l-enerġija u l-qalb tagħha mingħajr ma tistenna xejn lura, tkun qed tgħin biex tinbena komunità aktar b’saħħitha. Tim b'saħħtu mhux dak li qatt ma jkollu differenzi. Huwa dak li jibqa’ magħqud minkejja d-differenzi. Grazzi lil Connect tal-istedina u tad-diskussjoni sabiħa li kellna.”

Ritratti:

Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI