Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Dipartiment tal-Informazzjoni taw aħbar tajba lil bosta Għawdxin hekk kif żdiedu servizzi ġewwa l-isptar t’Għawdex.
Huma qalu, “Jibdew jingħataw is-servizzi avvanzati ta’ CT u MRI tal-Qalb fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex L-introduzzjoni tal-Cardiac CT tippermetti detezzjoni rapida ta’ mard tal-arterji tal-qalb f’pazjenti b’riskju baxx u intermedju kif ukoll viswalizzazzjoni preċiża tal-valves tal-qalb u tal-aorta f’ċertu pazjenti.”
Żiedu jgħidu, “Filwaqt li l-introduzzjoni tal-Cardiac MRI toffri eżamijiet fil-fond tal-funzjoni tal-qalb kif ukoll tal-infjammazzjoni tal-qalb, scarring tal-muskulatura tal-qalb kif ukoll il-valutazzjoni tal-valves tal-qalb.”