Il-Ħadd li għadda, l-eliminazzjoni ta’ Jasmine fuq X Factor Malta ħasdet lil kulħadd! Jasmine marret minn trending fuq YouTube ġewwa pajjiżna għall-aħħar post mal-vot tal-pubbliku. Ħafna probabbli ħasbu li l-kantanta mhux ħa tinqala’ wara li l-ġimgħa ta’ qabel kif sejra tant tajjeb imma f’X Factor qatt ma’ taf x’jista’ jiġri.
It-talent ta’ Jasmine hu wieħed mill-aqwa u l-kantanta malajr sabet ruħha tinfexx f’dak li tħobb tagħmel l-aktar – il-kant! B’filmat li hi tellgħat fuq il-midja soċjali wieħed jista’ jara t-talent mill-isbaħ tagħha, fejn qed tkanta l-kanzunetta Spirit ta’ Beyonce mill-film Lion King. Il-mistoqsija tiġi weħdiha, tgħid din kienet se tkun il-kanzuentta li kieku konna ħa naraw lil Jasmine tagħmel il-Ħadd li ġej?
Meta l-mużika tkun il-passjoni tiegħek, xejn u ħadd ma jista’ jwaqqfek milli tkompli tagħmel dak li tħobb! Jasmine hi xhieda ta’ dan! Aħna ta’ Gwida.mt nawguraw lil Jasmine l-isbaħ xewqat fil-karriera tagħha! Nafu fiċ-ċert li ħa nisimgħu ħafna u ħafna aktar! Kif tixhed din is-silta, il-versatilità tagħha hi waħda straordinarja! Awguri Jasmine!