Din il-ġimgħa ħarġet il-kanzunetta Roll the Dice, li hija kollaborazzjoni ta’ diversi kantanti Maltin, fostom Claudia Faniello, Janice Mangion, Marilena, Tiziana Calleja u ħafna aktar.
It-tema tal-proġett hija l-inklużjoni fl-orjentazzjoni sesswali, iżda mhux kulħadd ħaddan din it-tema. Fost il-kummenti negattivi hemm:
Id-disinjatur Gaetano li huwa wieħed mill-ko-ordinaturi tal-proġett, u Miriana Conte, waħda mill-kantanti nvoluti f’din il-kollaborazzjoni, kienu minn tal-ewwel biex irribattu dawn il-kummenti.
Fi kliem Gaetano stess: ‘’Tħalli lil ħadd jitfilek id-dawl. Int x’int, gay, straight, trans, b’diżabbiltà, abjad, iswed – kulħadd huwa uman, kulħadd għandu d-dritt tiegħu, u ħadd m’għandu jiġi ddiskriminat.”
Luke Borg jaħdem fil-qasam tal-midja bħala vidjografu, u ta’ sehmu f’diversi programmi televiżivi, produzzjonijiet viżwali u vidjows mużikali ma’ kantanti stabbiliti u ġodda. Luke huwa wkoll ammiratur tal-Eurovision Song Contest u jsegwi b’reqqa x-xena lokali tal-mużika.