Jidher li tul l-aħħar 24 siegħa ħa nkunu rajna tnaqqis minimu ta’ każijiet pożittivi tal-Covid-19! Dan japplika jekk in-numri li għaddew dalgħodu kmieni t-tabib Frank Portelli u z-Zija TT huma viċin tan-numri uffiċjali li joħorġu għall-ħabta tan-12:30.
It-tabib Frank Portelli qal li għandna nistennew madwar 150 każ pożittiv u l-istess kliem qalitu wkoll iz-Zija TT. Ilbieraħ nstabu 167 każ ġdid u fl-aħħar jiem nistgħu ngħidu li kien hemm żieda ta’ każijiet pożittivi. Nittamaw biss li mill-ġdid il-każijiet jibdew neżlin, ħalli jkomplu jonqsu wkoll il-każijiet attivi.
Bħal dejjem, nappellaw lil kulħadd biex isegwi d-direttivi tad-dipartiment tas-saħħa u japplika l-mezzi ta’ mitigazzjoni.