Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Police Force qalu, “Kareem Ouled El Hadj, raġel ta’ 30 sena, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija. Huwa deher l-aħħar f’Tas-Sliema u kien liebes shorts u flokk skuri.”
Żiedu, “Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.”
Karrem huwa iben Tania Pisani li persważ li bosta jafuha minn fuq TikTok; mara simpatika ferm li ta’ sikwit taqsam filmati pożittivi u komiċi tagħha u tal-familja tagħha. Mhux l-ewwel darba li fihom deher Kareem ukoll!
Nittamaw li jgħaddi kollox b’wiċċ il-ġid!
Facebook/Tania Pisani