Illum hi ġurnata ferm speċjali għall-koppja Matthew James u martu Lindsey. Kien bħal-lum meta taw kelma lil xulxin u qalu IVA biex iqattgħu ħajjithom flimkien fil-ħajja miżżewġa.
Matthew James qasam ritratt meħud minn din il-ġurnata importanti għalihom meta ħadu deċiżjoni tant speċjali, u kiteb anke kelmtejn t’awgurju u ta’ mħabba għal martu. “Tliet snin miżżewġin… Kuljum inħobbok iżjed.” Kienu ħafna li awgurawlhom fil-kummenti.
Awguri mill-qalb f’isem it-tim kollu tagħna ta’ Gwida.mt Matthew u Lindsey!
Facebook/ Lindsey Borg Brincau