Jidher li ħadd ma weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ lejn in-naħat ta’ Għar Dalam ġewwa Birżebbuġa, hekk kif karozza tal-linja tilfet il-kontroll u b’konsegwenza t’hekk baqgħet dieħla f’arblu.
Minkejja li l-pulizija kienu pronti intervjenew, madankollu jidher li t-triq fejn seħħ l-inċident xorta waħda kellha tingħalaq temporanjament tant li l-Malta Public Transport ħabbru li ċerti rotot kellhom jiġu alternati kif meħtieġ.