“Qed Nittamaw Li L-Covid Tippermetti Li Dan Ikun L-Aħħar San Valentinu Qabel Niżżewġu” – Il-Ministru Byron Camilleri

“M’hemmx isbaħ milli tħobb u tkun maħbub,” beda l-Ministru Byron Camilleri fuq il-midja soċjali. Għal Jum San Valentinu kiteb messaġġ qasir iżda bi kliem fond. 

“L-imħabba hi xi ħaġa li għandna ngħixu kuljum f’kull ma nagħmlu. Jien u Salome qed nittamaw li l-Covid tippermetti li dan ikun l-aħħar San Valentinu qabel niżżewġu.”





Għalkemm il-pandemija ħassret ħafna tiġijiet ta’ bosta koppji ħerqana biex jingħaqdu flimkien fiż-żwieġ, l-imħabba xorta tibqa’ tirbaħ fuq kollox. Kuraġġ lil Byron u Salome, kif ukoll lill-koppji kollha li kellhom jippostponu kollox. 

Facebook/Byron Camilleri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI