Ir-riċerka fil-qasam tal-mediċina qiegħda dejjem tavvanza u maż-żmien bosta professjonisti qegħdin dejjem itejjbu l-istudju.
Natius Farrugia ħabbar fuq il-mezzi soċjali li jinsab lest ikun ta’ għajnuna kbira għar-riċerkaturi studenti fil-qasam tal-mediċina. “Ilum waslitli l-ittra ta’ komferma mill-Fakultà tal-Mediċina fl-Università ta’ Malta, fejn offrejt lili nnifsi wara mewti biex l-istudenti jistudjaw fuqi… Dan biex ngħin fir-riċerka mediċinali”.

Ritratt: Natius Farrugia
Ġest kbir u nobbli li ma tantx smajna min għamel. Natius b’din l-azzjoni qiegħed juri kemm japprezza u jappoġġja lill-istudenti li huma t-tama t’għada! Minn qalbna nifirħulu għal din id-deċiżjoni li ħa!