“Jien U Omm Ibni Damian Iddivorzjajna … Marti Janice Busuttil Ta’ Mara Mimlija Mħabba Stednitha D-Dar” – John Busuttil

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, John Busuttil qasam messaġġ pożittiv li verament għandu jkun ta’ eżempju għal bosta familji.

Beda billi qal, “Lejl Ġappuniż mal-familja! Fl-istess ħin nixtieq inwassal messaġġ pożittiv ta’ mħabba. Jien u omm ibni Damian iddivorzjajna, iżda tibqa’ omm ibni. Marti Janice Busuttil, ta’ mara mimlija mħabba stednitha d-dar biex ibni jkun ferħan u jgawdi lil ommu u lil missieru f’daqqa u mhux imur naħħa jew oħra.”

Kompla billi żied jgħid, “Alla ppremjaha lil marti għax kienet imdawra mit-tliet uliedha u taw wirja ta’ familja fejn ma ħassew l-ebda differenza minn ħuhom tar-rispett, għax flimkien b’uliedhom konna familja waħda mimlijin imħabba u ferħ. Grazzi Janice Busuttil, grazzi Damian Busuttil, grazzi Yanika, grazzi Miguel, grazzi Vivi, grazzi Madoka, grazzi Macham, grazzi Mako, grazzi Mulej li dawwartni b’ daqshekk imħabba.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI