L-Awtoritajiet Maltin tas-Saħħa ħabbru uffiċjalment li Malta rreġistrat l-74 mewt relatata mal-Coronavirus. Skont l-istqarrija, raġel ta’ 59 sena miet waqt li kien infettat bil-Covid-19.
L-istqarrija qalet li dan ir-raġel rriżulta pożittiv fis-27 ta’ Ottubru u miet tard ilbieraħ filgħaxija f’Mater Dei. Gwida.mt toffri l-kondoljanzi lill-familja u l-ħbieb ta’ dan ir-raġel.