Gaia Cauchi Għall-Isle Of MTV

Il-kantanta għadha kif ħabbret li ħa tkun qed tkanta fil-kunċert tas-Sajf, fuq il-Fosos Tal-Furjana, l-Isle of MTV li għal darb’oħra ħa jġib miegħu numru ta’ artisti stabbiliti fix-xena mużikali. Din is-sena għandna nistennew minn spettaklu mill-aqwa minn naħa ta’ Martin Garrix, Bebe Rehxa, Ava Max u Wiley.

Tingħaqad magħhom fuq dak il-palk grandjuż, Gaia li ċertament ħa tkun qed iżżid ma’ dan l-ispetakklu. Sabiħ li tara artist lokali fuq dak il-palk, palk tal-ħolm għal ħafna kantanti li jaspiraw li xi darba jaslu fuqu.

Min jaf x’ħa tkun qed tkanta Gaia fid-9 ta’ Lulju waqt dan il-kunċert. Tgħid għandna nistennew xi materjal oriġinali mingħand din l-artista? Ilna ftit ma nisimgħu xi ħaġa mingħandha però dan l-aħħar nafu li kienet qed tqatta’ ftit ħin mhux ħażin fl-istudjo.

Il-kantanta għadha ma kkonfermat xejn, imma ħafna drabi l-artisti jieħdu din l-opportunità, opportunità tad-deheb li joħorġu xi kanzunetta ġdida. Ngħidu kif inhi, li tkun involuta fi spettaklu internazzjoni quddiem eluf kbar ta’ nies hi okkażjoni speċjali, jaħmel li toħroġ xi ħaġa oriġinali. Sabiħ li żżanżan xi ħaġa unika.

View this post on Instagram

A post shared by Gaia Cauchi (@gaiacauchi) on Oct 2, 2018 at 7:08am PDT

F’isem Gwida.mt, minn qalbna nawguraw lil Gaia aktar suċċessi bħal dawn u ikbar. It-tifla ċkejkna li rajna tirbaħ il-Junior Eurovision tal-2013, illum saret xebba u t-talent tagħha qed ikompli jiġi nnotat internazzjonalment.

Instagram / Gaia Cauchi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI