Forsi diġa smajt bil-musical “il-Kbir Għadu Ġej!” jekk għadek ma qtajt il-biljetti, oqgħod aħsibha ukoll! Ixtri minn hawn
Imma qabel tmur il-musical għandek tkun taf li Freddie Portelli għandu bijografija ma tispiċċa qatt! Kont taf li Freddie għamel 6 xhur il-Ġermanja u kien popolari imens? Kont taf li Freddie meta ġie Malta riedu jwaqfuh mill-Parlament? u Kont taf li kien ser imut ta' 5 snin?
Iva, meta kien żgħir Freddie ħelisha bi żbrixx minn ħalq il-mewt! Waqt li kien qiegħed fl-isptar ċentrali tal-Floriana, Freddie kien għadu kemm ħareġ minn operazzjoni għax kien kiser saqajh. Dan Freddie kien qiegħed jifga (għax ma kinux għamlulu pajp tal-lastiku f’ħalqu) u kien wasal biex imut! Iżda l-puluzija li kien b'kumbinazzjoni hemmhekk, is-Sur Edgar Bonello jirnexxielu jsalva li Freddie billi tella’ likwidu aħdar li ħareġ mill-intern ta’ Freddie.
Ta’ 12-il sena, meta missieru kien jtih 3 xelini biex imur jitgħallem il-kitarra, Freddie kien jiskarta! Kien iżommhom hu minflokk biex iħossu sinjur!
Xi ngħidu għal Viva Malta! Din il-kanzunetta nkitbet fuq pakkett tas-sigaretti! Meta din id-diska ħarġet hawn Malta kulħadd issaħħar wara din il-kanzunetta!
...u l-kbir għadu ġej! Għax dejjem b’xi storja dan Freddie! Aħna ta’ Gwida.mt ħejjejna dan il-kwiżż t’isfel biex naraw kemm taf fuq dan il-leġġenda maltija!